Għajnuna u tama f’żmien diffiċli – tqala mhux mistennija

Miktub minn: Eleanor Borg / Hope Crisis Pregnancy

Meta tfajla jew mara toħroġ tqila u ma tkunx qed tistenniha, tista tgħaddi minn mumenti diffiċli ħafna. Tista tibda tinkwieta, tkun beżgħana, konfuża, forsi tħossha weħidha, taħseb li se jiġudikawa n-nies u b’ hekk tista tgħaddi minn kriżi. Jekk ma jkolliex is-sapport, is-sitwazzjoni tista’ tikkomplika ruħha.  Iċ-ċirkustanzi huma differenti għal kul mara jew koppja, però d-diffikultajiet, ħsibijiet u l-emozzjonijiet tqal li wieħed jista jgħaddi minnhom huma simili.  Sfortunatament jista’ jkun ukoll li l’mara toħrog tqila minħabba stupru, u tġħaddi minn trawma kiefra, u għalhekk jkollha bżonn ħafna sapport kif ukoll dik professjonali.  Fi żmien iebes bħal dan, ma nkunux nistgħu naħsbu b’mod ċar, u għandna mnejn nagħġlu fid-deċiżjonijiet tagħna. Għalhekk huwa tajjeb li f’mumenti bħal dawn, ma niħdux deċiżjonijiet kbar u nfittxu l-għajnuna.

open-door-149-740x493

Importanti li dik il-mara, tfajla, jew koppja, tiftaħ qalbha ma’ xi ħadd li tafda u jekk hemm bżonn tfittex għajnuna professjonali, b’hekk tkun tista tgħaddi minn dan iż-żmien diffiċli.  L-esperjenza turina li meta l-mara jew koppja jkollha s-sapport neċessarju, bi zmien hi jew il-koppja tasal biex tħossha aħjar u tieħu wkoll deċiżjoni li hi tajba għat-tarbija kif ukoll għalihom.

Xi kultant bosta nisa ma jitkellmux għax ikunu beżgħana, jew jaħsbu li s-sitwazzjoni hi tant ikkomplikata li m’hemmx rimedju u peress li l-abort huwa legali barra pajjiżna, xi wħud, sfortunatament, ukoll b’ħafna tbatija, jagħżlu biex jagħmlu abort għax forsi jaħsbu li se tkun l-aħjar soluzzjoni. Hemm ukoll nisa li ma jkunux jixtiequ jiehdu dan il-pass, pero jigu mġiegħla minn dawk ta’ madwarhom minħabba ċ-ċirkustanzi.

l-abort jista’ jġib komplikazzjonijiet serji fuq diversi livelli; fiżiċi, uġigħ psikoloġiku, emozzjonali u komplikazzjonijiet fir-relazzjonijiet.  Dan jista’ jseħħ ftit wara li jkun sar l-abort, jew diversi snin wara.   Jekk il-mara ma tfittix għajnuna, tista’ tgħaddi minn ħafna tbatija għal snin tul hajitha.  Għalhekk importanti ħafna li tfittex l-għajnuna biex issib fejqan għal dak li tkun għaddejja minnu.  Dan jista’ jsir billi dawk involuti imorru għand counsellor jew psikoterapista li tkun tista tgħinhom.  Hemm ukoll għajnuna spiritwali li ġġib ħafna fejqan u paċi għall-omm, il-missier jew il-koppja – dawn huma retreats li jinstabu f’diversi pajjiżi inkluż Malta.  Wieħed minn dawn it tip ta’ retreats jissejjaħ Rachel’s Vineyard (www.rachelsvineyard.org).

 L-abort jista iħalli effetti trawmatiċi u tbatija fuq dik l-omm jew ġenituri u għalhekk importanti li ma niġġudikaw lil ħadd, la dawk li nqabdu tqal u lanqas dawk li għamlu abort, imma b’imħabba noffrulhom is-sapport, biex jekk il-mara hija tqila u f’diffikultà, ngħinuha tul il-mixja tagħha biex tieħu ħsieb lilha nnifisha u żżomm it-tarbija, u jekk sfortunatament tkun għamlet abort, hi jew il-koppja involuta ssib il-fejqan neċessarju.

F’Malta u Għawdex hawn għajnuna diversa, kemm għal dawk li jinstabu tqal u jixtiequ sapport, kif ukoll għal dawk li għaddew minn abort:

 

Pro-life NGO/ Gift of Life/Hope:

541094_350259001695271_183723917_n

Għajnuna għal: tqala mhux mistennija/ għajnuna għal wara abort

Numru:                21418055

Website:              www.prolifemalta.org

FB:                      @hopecrisispregnancysupport

 

 

Pro-life NGO/ Dar Ġużeppa Debono:

gozo_05_temp-1348992749-5067feed-620x348

F’Għawdex: toffri għajnuna lill-ommijiet tqal u single mothers

Numru:                21552595

Website:              http://darġużeppadebono.org

FB:                      darġużeppadebono

 

 

Pro-life NGO/ Life Network/ Lifeline:

Revised-Logo-3

Għajnuna għal:  tqala mhux mistennija/ diffikultajiet fi tqala/  għal wara abort

Numru:                99224043

Website:              http://lifenetwork.eu

FB:                      LifeNetwork Foundation Malta

 

 

 

Servizz provdutt mil Gvern/Ghozza:    

Servizz Ghozza

Website:  http://guidance.skola.edu.mt/Servizz%20Ghozza.htm

Għajnuna għal: Tqala ta’ eta zghira, min tmintax il-sena l’isfel

Numru: 21243869